Mistoqsijiet Komuni (FAQs)

  1. X’inhu l-iskop tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu (ANL)? L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu għandha l-għan li ttejjeb il-ħajja tal-persuni u l-komunitajiet billi ssaħħaħ il-ħiliet fil-litteriżmu, u b’hekk tgħin biex jitnaqqas il-faqar, tippromwovi l-inklużjoni soċjali u trawwem il-benesseri tal-individwu.
  1. Xi programmi toffri l-ANL? L-ANL toffri firxa wiesgħa ta’ programmi maħsuba biex (a) tippromwovi l-litteriżmu, (b) tgħin lit-tfal li jsibu ruħhom f’xi diffikultajiet, huma u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom tal-litteriżmu, u (ċ) toħloq ir-riżorsi tal-litteriżmu, speċjalment bil-Malti, biex ikunu aktar disponibbli u aċċessibbli faċilment. Biex tikseb aktar informazzjoni dwar dawn il-programmi, agħżel it-tab rilevanti ħalli taċċessa s-sezzjoni mixtieqa tas-sit.
  1. Nixtieq li t-tifel jew it-tifla jiżviluppaw l-imħabba lejn il-kotba. X’nista’ nagħmel? L-ANL torganizza diversi programmi biex tnissel l-imħabba għall-qari fost it-tfal. Dawn jinkludu: Aqra Miegħi/Read with Me, Seħer l-Istejjer/Magic of Stories u Gost il-Qari/The Pleasure of Reading. Tista’ ssib aktar informazzjoni disponibbli fuq il-paġni korrispondenti.
  1. It-tifel jew it-tifla tiegħi qed jesperjenza diffikultajiet fil-qari u l-kitba. X’nista’ nagħmel? L-ANL għandha diversi programmi ta’ intervent fil-litteriżmu fosthom Nwar, Klabb Naħla, Reading Recovery u Ħlewwet il-Qari/Read Aloud. Biex tivverifikajekk it-tifel/tifla tiegħek jistgħux jibbenefikaw minn xi wieħed minn dawn il-programmi, l-aħjar huwa li l-ewwel tikkomunika mal-għalliem tat-tifel/tifla tiegħek fl-iskola.
  1. Kif nista’ naċċessa kotba diġitali bil-Malti? Tista’ taċċessa l-kotba diġitali bil-Malti permezz tas-sit elettroniku tal-ANL. Il-kotba fil-kollezzjoni “Qari għal Qalbi” huma mqassmin f’livelli differenti, u jekk wieħed jaqrahom fuq il-mowbajl huwa rakkomandat li juża l-orjentazzjoni landscape għall-aħjar dehra. L-ANL qed tħejji bosta kotba diġitali oħra, u torganizzahom skont is-snin tal-iskola: Snin Bikrin, il-Primarja, il-Medja, is-Sekondarja, u l-Postsekondarja.
  1. Hemm riżorsi disponibbli għal gruppi ta’ etajiet differenti? Iva, l-ANL tipprovdi riżorsi adattati għal gruppi ta’ etajiet differenti, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Dawn jistgħu jiġu aċċessati permezz tal-programm Aqra d-dar jew b’mod diġitali fuq il-paġni tar-riżorsi tas-sit tagħna.
  1. Kif nista’ nibqa’ aġġornat mal-aħħar aġġornamenti u avviżi maħruġin mill-ANL? Tista’ żżomm ruħek aġġornat billi żżur is-sit tal-ANL, fejn, b’mod regolari, jittellgħu avviżi ġodda, sejħiet u aġġornamenti dwar riżorsi ġodda.