Gost il-Qari / The Pleasure of Reading
Gost il-Qari/The Pleasure of Reading jinkludi sessjonijiet ta’ qari ta’ stejjer lil tfal bejn 7 u 11-il sena flimkien mal-ġenituri/kustodji tagħhom. Is-sessjonijiet huma ta’ siegħa fil-ġimgħa u jsiru kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Dawn is-sessjonijiet isiru kemm fl-iskejjel primarji kif ukoll fil-komunità.
Dan il-programm tfassal bil-għan li jsiru sessjonijiet divertenti ta’ qari, irrakkontar ta’ stejjer u attivitajiet marbuta magħhom bil-għan li jqanqlu l-immaġinazzjoni tat-tfal u jkattru l-ħiliet kritiċi u kreattivi tagħhom. Permezz tal-qari animat tal-istejjer, it-tfal mhux biss ikunu qegħdin jitgħallmu informazzjoni ġdida imma wkoll qed jitgħallmu jħaddnu valuri importanti fil-ħajja tagħhom. L-Animaturi tal-Qari jużaw ukoll vokabularju varjat u jħeġġu lit-tfal jesprimu ruħhom u jiddiskutu temi differenti waqt is-sessjonijiet tal-qari li huma bbażati fuq metodu ta’ tagħlim multisensorjali permezz tar-riżorsi li jintużaw. F’dawn is-sessjonijiet it-tfal qed jitgħallmu jagħrfu s-sekwenza tal-istorja, jidentifikaw l-isfidi li jkun hemm fiha u flimkien ma’ sħabhom isibu s-soluzzjonijiet għalihom permezz ta’ diskussjonijiet u billi jidentifikaw ruħhom mal-karattri nfushom.
Ikkuntattjana fuq Facebook Gost il-Qari/The Pleasure of Reading jew ċempel 2598 3335.