NATIONAL LITERACY CENTRE

Min aħna

Il-Viżjoni Tagħna

“Biex intejbu l-ħajja tal-persuni u l-komunitajiet billi nsaħħu l-ħiliet fil-litteriżmu u b’hekk ngħinu biex jitnaqqas il-faqar, nippromwovu l-inklużjoni soċjali, u nrawmu l-benesseri personali.”

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni twaqqfet bis-saħħa tal-Avviż Legali 192/2014 bil-għan li tippromwovi u tassigura li jitwettqu d-diversi miżuri msemmija fl-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd f’Malta u Għawdex. L-Aġenzija xxerred u ssostni prattiċi tal-litteriżmu tal-ogħla kwalità għal persuni ta’ etajiet differenti tul ħajjithom kollha. L-Aġenzija tħabrek ukoll biex ittejjeb il-kisbiet fil-litteriżmu, u dan iwassal għal aktar prattiċi inklussivi, kwalifiki edukattivi ogħla u prospetti ta’ impjiegi aħjar. Il-ħidmiet ewlenin tal-Aġenzija huma dawn:

  • tfassal u toffri programmi li jippromwovu ħiliet fil-litteriżmu u prattiki bħal Bil-Qari u l-Kitba Niskorja, L-Ambaxxaturi tal-Qari u Gost il-Qari;
  • tgħin tfal b’diffikultajiet ta’ litteriżmu permezz tal-Programm Klabb Naħla, il-Programm tal-Litteriżmu għall-Familji, Nwar u l-Programm Reading Recovery;
  • tassisti fil-produzzjoni u l-pubblikazzjoni tar-riżorsi tal-litteriżmu permezz tal-iskemi Bil-Ħila Tagħkom u Bis-Sehem Tagħkom;
  • tipprovdi aċċess u tqassam riżorsi tal-litteriżmu permezz tal-Programm Aqra Kemm Tiflaħ, il-Programm Aqra d-Dar u l-Iskema L-Għodda f’Idejk;
  • għandha taqsimiet speċjalizzati sabiex tassisti l-libreriji tal-iskejjel u l-iżvilupp ta’ politiki relatati mal-litteriżmu u mal-lingwa jiġifieri t-Taqsima tal-Libreriji tal-Iskejjel (LISU) u t-Taqsima tal-Politika Lingwistika fl-Edukazzjoni.

Iċ-Ċart tal-Organizzazzjoni