Aqra d-dar / Read at Home

Aqra d-Dar/Read at Home hija inizjattiva tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu li tħeġġeġ it-tfal u ż-żgħażagħ minn 0-17 jaqraw fil-kumdità ta’ darhom.

Kull abbonat jista’ jagħżel sa sitt kotba, tlieta bil-Malti u tlieta bl-Ingliż, minn katalgi magħmula apposta skont l-età u l-interessi tagħhom. Dawn il-katalgi jirriflettu d-disponibbiltà tal-kotba u jinsabu hawn: https://readathome.library.site. Il-kollezzjonijiet ewlenin tagħna jistgħu jinsabu fuq din-paġna ukoll.

Biex jirreġistraw lil wliedhom f’din l-iskema jew jagħmlu ordni ġdida, il-ġenituri jew kustodji jistgħu japplikaw online billi jimlew din il-formola: https://forms.office.com/e/CJhjY8P3sQ.

Il-kotba jitqassmu bil-posta jew bl-idejn mingħajr ħlas u jistgħu jinbidlu wara ħames ġimgħat. Wara dan il-perjodu ta’ żmien, il-kotba jridu jiġu rritornati lill-Aġenzija fl-envelopp ipprovdut u jkunu jistgħu jissellfu kotba ġodda.

Ikkuntattjana fuq Facebook Aqra d-Dar/Read at Home jew billi tibgħat email lil [email protected] jew ċempel 2598 3315.

Aqra d-Dar/Read at Home – Katalgi ta' Kotba

Aġġornati kuljum!