Nilagħbu bi Kliemna
‘Fittixha’ – ‘Fittixha’ hija logħba edukattiva li ġiet introdotta mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu din is-sena u li hija maħsuba għall-istudenti tar-raba’ sena tal-iskola primarja. L-għan prinċipali tagħha huwa sabiex ngħinu lill-istudenti jsaħħu l-ħakma tagħhom tal-ilsien Malti, fosthom billi jsiru familjari mar-regoli ortografiċi u jsaħħu l-għarfien tagħhom tar-regoli grammatikali. Hekk, eventwalment, jitgħallmu jiktbu b’Malti aħjar. Din l-attività ssir fil-klassi tal-istudenti stess u fil-preżenza tal-għalliema tagħhom permezz ta’ Promotriċi tal-Litteriżmu mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Lejn l-aħħar tas-sessjoni, kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema jingħataw tifkira tal-attività.
‘Raddiena Kliem’ – ‘Raddiena Kliem’ hija logħba edukattiva li din is-sena l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu qed toffriha lill-istudenti tal-ħames sena tal-iskola primarja. L-għan prinċipali tagħha huwa sabiex ngħinu lill-istudenti jsaħħu l-ħakma tagħhom tal-ilsien Malti, fosthom billi jsiru familjari mar-regoli ortografiċi u b’hekk jitgħallmu jiktbu b’Malti aħjar. Din l-attività ssir fil-klassi tal-istudenti stess u fil-preżenza tal-għalliema tagħhom permezz ta’ Promotriċi tal-Litteriżmu mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Lejn l-aħħar tas-sessjoni, kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema jingħataw tifkira tal-attività.
‘Seħer il-Kliem’ – ‘Seħer il-Kliem’ hija logħba edukattiva li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu din is-sena qiegħda tħaddimha mal-istudenti tas-sitt sena tal-iskola primarja. L-għan prinċipali tagħha huwa sabiex ngħinu lill-istudenti jsaħħu l-ħakma tagħhom tal-ilsien Malti, fosthom billi jwessgħu l-vokabularju tagħhom u jsaħħu l-għarfien tar-regoli sintattiċi. B’dan il-mod, eventwalment, jitgħallmu jiktbu b’Malti aħjar. Din l-attività ssir fil-klassi tal-istudenti stess u fil-preżenza tal-għalliema tagħhom permezz ta’ Promotriċi tal-Litteriżmu mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Lejn l-aħħar tas-sessjoni, kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema jingħataw tifkira tal-attività.
‘Mill-A saż-Żeta’ – ‘Mill-A saż-Żeta’ hija logħba edukattiva maħluqa mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u maħsuba għall-istudenti tal-ewwel sena tal-iskola primarja. L-għan prinċipali tagħha huwa li tgħin lill-istudenti jwessgħu l-vokabularju tagħhom bl-ilsien Malti, kif ukoll jiffamiljarizzaw ruħhom mal-alfabett u l-fonoloġija Maltija. Din l-attività ssir fil-klassi tal-istudenti stess u fil-preżenza tal-għalliema tagħhom minn Promotriċi tal-Litteriżmu mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Lejn l-aħħar tas-sessjoni, kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema jingħataw tifkira tal-attività.
‘Żewwiġhom’ – ‘Żewwiġhom’ hija logħba edukattiva mfassla mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u maħsuba għall-istudenti tat-tieni sena tal-iskola primarja. L-għan prinċipali tagħha huwa li tgħin lill-istudenti jkabbru l-vokabularju tagħhom bl-ilsien Malti billi jitgħallmu jassoċjaw oġġetti differenti marbutin mal-istess qasam, bħalma huma l-affarijiet li nsibu d-dar, l-iskola, makkinarju marbut ma’ snajja’ partikolari, u oħrajn. Din l-attività ssir fil-klassi tal-istudenti stess u fil-preżenza tal-għalliema tagħhom minn Promotriċi tal-Litteriżmu mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Lejn l-aħħar tas-sessjoni, kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema jingħataw tifkira tal-attività.
‘Żomm Għajnejk Miftuħa’ – ‘Żomm Għajnejk Miftuħa’ hija logħba edukattiva mnedija mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u maħsuba għall-istudenti tat-tielet sena tal-iskola primarja. L-għan prinċipali tagħha huwa sabiex ngħinu lill-istudenti jsiru midħla tar-regoli ortografiċi tal-Malti marbuta mal-użu tal-ittri żgħar u dawk kapitali. Hekk, eventwalment, jitgħallmu jiktbu b’Malti aħjar. Din l-attività ssir fil-klassi tal-istudenti stess u fil-preżenza tal-għalliema tagħhom minn Promotriċi tal-Litteriżmu mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Lejn l-aħħar tas-sessjoni, kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema jingħataw tifkira tal-attività.
Ikkuntattjana fuq Facebook Nilagħbu bi Kliemna jew ċempel 2598 3333.