Il-Programm tal-Kitba ta’ Malta / Malta Writing Programme
Permezz tal-Programm tal-Kitba ta’ Malta/Malta Writing Programme, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu taħdem għat-tisħiħ tal-komunità tal-għalliema fit-tagħlim tal-kitba billi tipprovdi opportunitajiet varji ta’ għajnuna lill-għalliema u għall-iżvilupp personali tagħhom. Il-MWP jipprovdi wkoll għajnuna lill-iskejjel, networks tal-iskejjel u komunitajiet lokali billi jorganizza bosta attivitajiet ta’ kitba madwar Malta u Għawdex.
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tikkordina l-klabbs tal-kitba għall-familja Klabb Kitba Kreattiva u Klabb Kittieba Żgħar. F’dawn il-klabbs tal-kitba, it-tfal, flimkien mal-ġenituri/kustodji tagħhom jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ firxa ta’ strateġiji ta’ kitba li jgħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet kreattivi tagħhom. Barra minn hekk, dawn il-klabbs tal-kitba jagħtu l-opportunità lill-ġenituri/kustodji li jitgħallmu ħiliet prattiċi tal-kitba li jistgħu jużaw mat-tfal fid-djar tagħhom.
Ikkuntattjana fuq Facebook Malta Writing Programme jew ċempel 2598 3326.