Kif Tilgħab:
Qabel ma tibda l-logħba, il-pakketti tal-kards jitpoġġew fuq mejda skont il-kulur, wiċċhom ’l isfel.
1. Il-plejers jaqtgħu x-xorti biex jaraw min ħa jibda. Jimxu clockwise, kif idur l-arloġġ.
2. L-ewwel plejer iwaddab id-damma, il-plejer fuq ix-xellug jieħu l-kard skont il-kulur, jaqra l-mistoqsija u jdawwar il-klessidra.
3. Jekk it-tweġiba tkun tajba, il-plejer li jkun qed jilgħab iżomm il-kard u jekk it-tweġiba tkun ħażina l-kard titwarrab fil-kaxxa. Fuq quddiem tal-kards, isfel nett, hemm it-tweġibiet miktuba. Importanti wkoll li t-tweġiba tingħata f’minuta. Il-ħin jinżamm permezz tal-klessidra.
4. Jekk tiġik kulur aħmar, il-kard tista’ tinzerta XORTI jew WEĦILTHA. Jekk tinzerta WEĦILTHA, il-plejer jitlef il-kard li tmur mal-bqija tal-kards imwarrbin fil-kaxxa. Il-plejer li jkun qed jilgħab irid ukoll ineħħi kard minn tiegħu u jpoġġiha mal-bqija tal-kards imwarrbin. Il-kards il-ħomor m’għandhomx mistoqsijiet iżda sitwazzjonijiet li għalihom hemm konsegwenza – tajba jew ħażina!
5. Jekk tkun IX-XORTI, il-plejer iżomm il-kard tax-XORTI mal-mazz tiegħu u jingħata ċ-ċans li jagħżel kard ta’ kulur li jrid hu minbarra XORTI u SFIDA. Jekk il-plejer iwieġeb tajjeb jieħu l-kard u jekk le tintefa’ lura fil-mazz tal-kards imwarrbin.
6. Xi wħud mill-kards għandhom ritratt assoċjat mal-mistoqsija. Oħrajn għandhom QR Code li jrid jiġi skennjat biex tkun tista’ twieġeb il-mistoqsija.
7. Kull kard tiswa punt waqt li tal-isfida tiswa żewġ punti.
8. Il-plejer li jgħaqqad l-ewwel għoxrin punt irid jgħajjat l-isem tal-logħba ‘Mal-Għoxrin’. Jekk il-plejer ma jindunax li għaqqad l-20 punt, il-logħba tibqa’ għaddejja.