Klabb ta’ Drama u Rakkontar ta’ Stejjer / Drama and Storytelling Club
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu torganizza klabb ta’ drama u rakkontar ta’ stejjer wara l-ħin tal-iskola għal tfal mir-4 sas-6 sena tal-primarja li jixtiequ jissaħħu fil-ħiliet tad-drama u l-komunikazzjoni. L-għan tal-klabb hu li nħeġġu lill-parteċipanti jiżviluppaw il-ħiliet tad-drama u tal-lingwa u jesprimu l-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tagħhom permezz ta’ logħob u attivitajiet multisensorjali bbażati fuq il-ħrejjef. Il-klabb qed jiġi offrut kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
Għal aktar informazzjoni, ġentilment żur il-paġna ta’ Facebook L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu jew ċempel 2598 3324.