Ġenituri L-Ewwel Għalliema - Parents the First Teachers

Ġenituri l-Ewwel Għalliema / Parents the First Teachers

Il-kors qasir Ġenituri l-Ewwel Għalliema/Parents the First Teachers joffri għajnuniet prattiċi lill-ġenituri/dawk li jindukraw lit-trabi u tfal żgħar li għandhom bejn sena u 3 snin: l-età tat-trabi għandha tvarja bejn dik tat-twelid u sena (0-1), u dik tat-tfal żgħar bejn sena u 3 snin (1-3), sabiex jgħinu lit-tfal jiżviluppaw ħiliet lingwistiċi u komunikattivi. Il-ġenituri/dawk li jindukraw it-tfal jattendu flimkien mat-tfal tagħhom u jipparteċipaw f’attivitajiet interattivi lingwistiċi u tal-litteriżmu. Il-ġenituri/dawk li jindukraw it-tfal jiġu mħeġġa jimplimentaw dawn l-attivitajiet fid-djar tagħhom.

Sabiex tapplika għal dan il-kors, jekk jogħġbok agħfas hawn.

Ikkuntattjana fuq Facebook Aqra Miegħi/Read with Me jew ċempel 2598 3328.