Bis-Sehem Tagħkom
L-iskema Bis-Sehem Tagħkom tagħti l-opportunità lid-djar tal-pubblikazzjoni lokali sabiex jissottomettu materjal edukattiv u oriġinali għall-pubblikazzjoni bil-Malti permezz ta’ espressjoni ta’ interess. Il-proġetti magħżula jiġu allokati sa €2,500 f’fondi mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. L-Aġenzija u l-pubblikaturi jridu jiffirmaw ftehima li permezz tagħha jkunu qed jaqblu fuq sett ta’ termini u kundizzjonijiet. Dawn ir-riżorsi jinkludu kotba kbar, kotba għall-qari, kotba b’realtà viżwali, leħħiet, posters, kotba diġitali/apps, animazzjonijiet viżivi u logħob edukattiv.
Ikkuntattjana fuq Facebook L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu jew ċempel 2598 2992.