Bil-Ħila Tagħkom
L-iskema Bil-Ħila Tagħkom tħeġġeġ lill-edukaturi joħolqu riżorsi attraenti bil-Malti, f’kollaborazzjoni mad-djar tal-pubblikazzjoni lokali. Dawn il-kotba qed jitqassmu b’xejn fl-iskejjel tal-istat. Ir-riżorsi ppubblikati jinkludu kotba kbar, kotba tal-qari, leħħiet, kartelluni, kotba diġitali, applikazzjonijiet għat-tablets, logħob edukattiv, CDs u animazzjonijiet viżivi.
Ir-riżorsi stampati qed jitqassmu lill-edukaturi tas-snin bikrin, tal-primarja u tal-iskejjel medji filwaqt li l-animazzjonijiet viżivi jittellgħu fl-istazzjon tal-YouTube L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Kotba Digitali u riżorsi digitali oħrajn jistgħu jiġu aċċessati minn hawn.
Ikkuntattjana fuq Facebook Bil-Ħila Tagħkom jew ċempel 2598 2992.