Libraries in the Community / Libreriji fil-Komunitá
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, permezz tal-LISU, tagħti donazzjonijiet ta’ kotba u xkafef tal-kotba lill-Kunsilli Lokali sabiex isostnu l-libreriji miftuħa tagħhom. L-għan ta’ dawn il-libreriji huwa li joffru l-opportunità li jinqara ktieb filwaqt li jitgawda l-ambjent fil-miftuħ u fejn kotba li jkunu nqraw jistgħu jinbidlu ma’ oħrajn minn dawn il-libreriji żgħar.
Fil-lokalitajiet li ġejjin wieħed jista’ jsib libreriji f’ġonna pubbliċi u/jew spazji miftuħa, li huma appoġġjati mill-Aġenzija: Birkirkara, Birżebbuġa, Bormla, Gudja, Ħad-Dingli, Ħal Farruġ, Ħal Kirkop, Ħal Lija, Ħal Luqa, Ħal Safi, Ħal Għargħur, Ħal Għaxaq, Ħaż-Żabbar, il-Mellieħa, il-Mosta, l-Imqabba, Tal-Pietà, il-Qrendi, ir-Rabat (Għawdex), San Lawrenz, is-Siġġiewi, il-Birgu, iż-Żurrieq.
Ikkuntattjana fuq Facebook L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu jew ċempel 2598 3309.