(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Il-Farfett

null
Paġna 1
  • il-bajd
  • ix-xagħat
  • il-fosdqa
  • il-farfett

F’dan il-ktieb

Skopri
Il-farfett – kif minn bajda jgħaddi minn stadji differenti biex isir farfett.
  • ċkejken
  • jiekol
  • xagħat
  • fosdqa
  • siegħa
  • ġimagħtejn
  • ġwienaħ
  • ilsien
  • jgħixu
  • friefet

Tgħallem ikteb

Paġna 2
null
Il-farfett ibid bajd ċkejken mal-pjanta.
Kif ifaqqas isib x’jiekol mill-ewwel.
Paġna 3
null
Fi ftit jiem, ix-xagħat ifaqqas.
Huwa jibda jiekol il-qoxra tal-bajda tiegħu stess.
Ix-xagħat jiekol ħafna u jikber malajr.
Ix-xagħat għandu tmien pari saqajn.
Paġna 4
null
Ix-xagħat ibiddel il-qoxra madwar ħames darbiet.
Il-proċess biex isir fosdqa jieħu ftit minuti.
Paġna 5
null
Ix-xagħat idum madwar xahar minn meta jfaqqas sakemm isir fosdqa.
Paġna 6

Il-fosdqa

null
Paġna 7
null
Normalment, il-farfett joħroġ mill-fosdqa wara madwar ġimagħtejn.
Madwar siegħa wara, il-ġwienaħ tal-farfett jinxfu u jkun lest biex itir.
Paġna 8
null
Il-farfett juża l-ilsien twil tiegħu biex jiġbed in-nektar mill-fjuri.
Paġna 9
null
Fl-aħħar stadju tiegħu, il-farfett ma jikbirx aktar.
Wara ftit jiem, il-farfett ikun lest biex jerġa’ jibda ċiklu ieħor.
F’dan iċ-ċiklu, il-farfett jgħaddi minn proċess ta’ metamorfosi sħiħa.
Paġna 10
null
Il-ħajja tal-farfett hija qasira ħafna. Xi wħud jgħixu ftit xhur. Oħrajn jgħixu madwar ġimagħtejn biss.
Paġna 11
null
Paġna 12

Glossarju

ċiklu
proċess li jsir aktar minn darba bl-istess mod
ifaqqas
meta bajda tinqasam u minnha joħroġ iż-żgħir ta’ dak l-annimal
metamorfosi
il-proċess ta’ trasformazzjoni minn forma immatura għal forma adulta f’żewġ stadji jew aktar
nektar
likwidu ħelu li tipproduċi l-fjura
stadju
perjodu, fażi jew punt partikolari fi proċess jew żvilupp
Paġna 13
Tmiem