
Judy kienet waslet biex tagħlaq tmien snin. Ħuha Brian kien sena iżgħar. Ma kinux tfal ħżiena imma xejn ma kienu jaqblu bejniethom. Kull meta jiltaqgħu flimkien għid li se tqum xi kwistjoni bejniethom fuq ħaġa jew oħra, u aktarx tinqala’ ġlieda li tispiċċa b’xi ċanfira ħarxa mingħand il-mamà jew il-papà.








