Peprina, li kienet viċin it-toqba, bdiet tkeċċiha, u din marret lura fit-toqba. Peprina kienet se tibda tgħajru kemm tiflaħ, imma kif ratu bil-pali ta’ jdejh u rkupptejh kollha migrufin, u gundalla daqsiex fuq moħħu, tħassritu u qaltlu biex imorru d-dar ħalli ddewwih. Xewku, li kien qiegħed jistenna ċamata, qal lil Peprina li ddispjaċieh ta’ dak li għamel. Peprina żammitlu jdejh u telqu lejn id-dar.