Xewku u Peprina marru ħdejn il-wied biex jgħaddu siegħa żmien. Kienet ġurnata sabiħa. Ix-xemx kienet tisreġ u taħraq imma fid-dell kien għadu l-frisk. Daru dawra mal-wied, ma jafux x’se jaqbdu jagħmlu. Bdew iħarsu madwarhom u ftit ’il bogħod kien hemm siġra bil-friegħi jagħtu għal fuq nixxiegħa żgħira.











