(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

X'Inhuma r-Ragħad u l-Beraq?

Kont qiegħda fl-isbaħ raqda
fin-ngħas tal-ħolm sabiħ
xħin qomt malajr maħsuda
u smajt, jonfoħ, lir-riħ.
null
Paġna 1
Mit-tieqa ta’ kamarti
daħalli l-leħħ tal-beraq
u smajt ir-ragħad ikarwat
u r-riħ iġorr il-weraq.
null
Paġna 2
Ftakart f’meta l-għalliema
qaltilna: ir-ragħad u l-beraq
jitwieled ġewwa sħaba,
li minnha mbagħad jintelaq.
null
Paġna 3
Kif sħab ħajbur jiffriża
il-qtar tax-xita fih
u xħin is-silġiet jaħbtu
bl-elettriku jimlieh.
null
Paġna 4
Li meta l-beraq jitlaq
mis-sħab ʼl isfel lejn l-art
warajh iħalli toqba
bla arja. U ftakart.
null
Paġna 5
Xħin l-arja terġa’ tagħlaq
il-vojt tat-toqba mbagħad,
dil-mewġa tal-ħoss miexi
nismagħha bħala ragħad.
null
Paġna 6

Glossarju


  • leħħ tal-beraq: id-dawl tal-beraq.
  • ikarwat: il-ħoss li jagħmel il-beraq.
  • ħajbur: sħab pjuttost żgħir li jkun kemxejn fil-griż, biżżejjed biex idallam xi ftit.
Paġna 7
Tmiem