
Fil-kċina tan-nannu Pawlu kont issib gaġġa u fiha kien hemm kanarin. Kellu ħames snin u kien ta’ kulur safrani. Tgħidx kemm kien jgħanni! Kien jibda minn meta titla’ x-xemx sa ma jidlam. In-nannu Pawlu tgħidx kemm kien iħobbu u kien semmieh Vanni. Minn xħin iqum kien joqgħod ikellmu. Kien jaqralu mill-gazzetta, kien jagħtih jiekol skalora kuljum u jibdillu l-ilma kull filgħodu u filgħaxija. Il-gaġġa kien iżommha nadifa tazza u kull min jiġi jżur lin-nannu kien jitgħaxxaq bil-għana li kien jgħanni biha dan Vanni. Tant saru ħbieb li n-nannu Pawlu kien jiftaħlu l-bieba tal-gaġġa u dan kien jiġi fuq spallejh u jgerrimlu widnejh.




