oBooksoCoinsNotificationsProfileOrganisations

(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Tipi ta' Ħobż minn Madwar id-Dinja

L-ilma qed jintefa' mad-dqiq biex issir l-għaġina.

null
Il-ħobż huwa magħmul mill-għaġina, li din issir bid-dqiq u l-ilma. Ħafna drabi jiżdiedu wkoll il-melħ u l-ħmira. Mhux il-ħobż kollu jsir fil-forn.
Paġna 1

Tfal jieklu l-ħobż waqt il-brejk tal-iskola.

null
Il-ħobż huwa tip ta’ ikel li jimliek u b’hekk ma jaqbdekx ġuħ għal tul ta’ ħin. Il-ħobż jittiekel kuljum fil-ħinijiet kollha tal-ġurnata.
Kont taf li l-ewwel ikla fuq il-qamar kienet ħobż u nbid?
Paġna 2

Ħobż preżenti waqt l-ikel.

null
Paġna 3

Varjetà ta' ħobż.

null
Il-ħobż jista’ jsir ċatt, għoli, iqarmeċ jew artab. Kull pajjiż isajru b’modi differenti. Fatt interessanti dwar il-ħobż huwa li qabel kienet teżisti l-gomma, il-frak tal-ħobż kien jintuża biex iħassru l-lapes.
Paġna 4

Aktar varjetà ta' ħobż.

null
Paġna 5

Tip ta' baguettes.

null
Fi Franza, bil-liġi biex tissejjaħ furnar trid tagħmel il-ħobż kollu li tbigħ. Il-Franċiżi jagħmlu l-famużi baguettes, li huma popolari mad-dinja kollha, inkluż Malta. Dawn huma bziezen twal u dojoq bil-qoxra tqarmeċ.
Kont taf li l-baguette ilu jsir minn nofs is-seklu tmintax?
Paġna 6

Aktar tipi ta' baguettes.

null
Paġna 7

Baguette mimli bil-ġobon, bajd u laħam.

null
L-aktar ingredjenti li l-Franċiżi jħobbu jimlew il-baguettes bihom huma l-ġobon, il-bajd, u l-laħam. Kont taf li l-kelma baguette tfisser stikka maġika? Fil-fatt, fil-Malti għandna l-kelma bakketta.
Paġna 8

Ħobż ċatt imdawwar u mimli bl-ingredjenti.

null
Il-Lebaniżi jieklu ħobż ċatt li jista’ jiddawwar u jimtela bl-ingredjenti, skont il-gosti tal-persuna. Dan il-ħobż jista’ jissajjar fuq pjanċa li tkun taħraq ħafna.
Paġna 9

Ħobż ċatt.

null
Paġna 10

Ħobż ċatt moħmi.

null
Ta’ kuljum, il-furnara Lebaniżi jaħmu madwar 800,000 borża minn dan il-ħobż.
Paġna 11

Għaġina rqiqa u tonda mħawra.

null
It-Torok jagħmlu għaġina tonda u rqiqa. Dawn jimlewha bil-kapuljat taċ-ċanga jew tal-ħaruf, ħaxix u ħwawar.
Paġna 12

Għaġina oħra rqiqa u tonda mħawra.

null
Paġna 14

L-għaġina qed issir f'forn tal-ħatab.

null
Dan it-tip ta’ ħobż irqiq, ħafna drabi jissajjar fi fran tal-ħatab biex b’hekk ikollu togħma itjeb. F’Malta dal-ħobż huwa popolari ħafna f’ristoranti li jservu ikel Tork.
Paġna 14

Arepa jissajjar fit-toroq.

null
Il-Kolombja jagħmlu ħobż li jissejjaħ Arepa. Huwa ħobż artab u ftit għoli. Ħafna drabi dan il-ħobż jinbiegħ minn bejjiegħa li jkunu armati fit-toroq.
Paġna 15

Arepa jinqela fiż-żejt.

null
Kont taf li l-Arepa jista’ jiġi moqli, mixwi, u saħansitra mgħolli?
Paġna 16

L-Arepa qed jiġi mixwi.

null
Paġna 17

Ħobż tal-Malti.

null
F’Malta għandna l-ħobża tal-Malti li hija tipika tagħna l-Maltin. Il-ħobża tal-Malti tieħu minn tal-inqas siegħa biex tinħema.
Paġna 18

Ftira mħawra biż-żejt.

null
Il-Maltin, il-ħobża tal-Malti jħobbu jħawruha bit-tadam jew bil-kunserva, tonn taż-żejt, żebbuġ, kappar, fażola u xi biċċa ġbejna tal-bżar. Tinżel għasel, speċjalment ħdejn il-baħar jew fil-beraħ tal-kampanja!
Paġna 19
L-aktar raħal magħruf għall-ħobż huwa Ħal Qormi, tant hu hekk li fi żmien il-Kavallieri kien magħruf bħala Casal Fornaro, raħal il-furnara. Jgħidu li naqsu ħafna l-furnara f’belt Pinto. Imma jalla qatt ma tmut il-ħobża oriġinali. Minbarra l-forn tal-ħatab, jużaw it-tinsila, jiġifieri biċċa għaġna mill-ġurnata ta’ qabel li tkun nisslet ħmira naturali li titħallat mal-għaġna kollha. Fil-fatt il-kelma ġejja mill-verb tnissel.

Il-proċess tat-tinsila...

null

... li jwassal għal furnata ħobż ġdida.

null
Paġna 20

Biċċiet tal-ħobż tal-Malti mqatta' u mħawwar biż-żejt.

null
Paġna 21

Produzzjoni tal-ħobż.

null
Fl-aħħar snin it-teknoloġija żviluppat u l-bniedem qed ikun iżjed komdu biex jesperimenta fil-ħami tal-ħobż. Apparti dan, il-ħin biex jinħema l-ħobż ikun iqsar u b’hekk il-produzzjoni tiżdied.
Paġna 22

Magni industrijali li jħaffu l-proċess tal-ħami u l-ippakkjar tal-ħobż.

null
Paġna 23

Ħobż moħmi d-dar.

null
Fi żmien l-imxija tal-Covid-19, kienu ħafna dawk il-familji li bdew jaħmu l-ħobż huma stess fid-djar tagħhom, kemm biex jevitaw li joħorġu u anke biex jgħaddu l-ħin waqt li kienu magħluqin id-dar.
Paġna 24
Tmiem
oBooksoCoinsNotificationsProfileOrganisations