(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Tarbija Ġdida

null
Jamie ma kellux ħutu u għalhekk id-dar kien jilgħab waħdu, fis-skiet. Kultant il-mamà tiegħu, meta tkun tista’, kienet toqgħod bilqiegħda fl-art tilgħab ma’ Jamie.
Paġna 1
null
Missieru, meta kien jiġi mix-xogħol, kien joqgħod ħdejn Jamie jarah jagħmel il-homework jew ifittex xi ħaġa li togħġbu fuq it-tablet.
Paġna 2
null
Jamie kien iħobb jirrakkonta lill-mamà u lill-papà dak kollu li jkun għadda minnu l-iskola f’dik il-ġurnata. Iżda meta kien ikun jilgħab id-dar Jamie kien iħossu mingħajr ħbieb.
Paġna 3
null
“Xi darba għad ikollok ħuk jew oħtok biex ikollok ma’ min tilgħab,” kien jgħidlu l-papà.
“Iii x’gost!”
Il-mamà kienet titbissem minn taħt biex taqbel mal-kliem tal-papà.
Paġna 4
null
Wara ftit taż-żmien il-mamà qalet lil Jamie, “Hawnhekk għandi lil ħuk jew oħtok,” waqt li messet kemm kemm żaqqha.
“Meta se narah?” staqsa t-tifel.
“Fadal ftit ieħor,” wieġbet il-mamà.
Paġna 5
null
Darba minnhom il-mamà marret l-isptar għal ftit.
Il-papà qagħad id-dar biex meta jiġi Jamie mill-iskola jsib lil min jilqgħu u jagħtih jiekol. “Issa wasal iż-żmien li jkollok oħtok,” qallu l-papà. “Illum stess se taraha.”
“Veru, pa?”
“Dażgur li veru. Mela jien qed ngħidlek biċ-ċajt?”
Paġna 6
null
Omm Jamie ma damitx ma ġiet lura mill-isptar u magħha ġabet tarbija ċkejkna, imgeżwra sewwa f’xall.
“Kemm hi ħelwa!” qal Jamie xħin raha. Imbagħad donnu daqsxejn bil-geddum qal, “Iżda din ma nistax noqgħod nilgħab magħha.”
Paġna 7
null
“Tibżax, Jamie,” qalet il-mamà. “Din ma ddumx ma tikber u mbagħad toqogħdu tilagħbu flimkien.”
“Kollox bil-mod,” żied il-papà.
“Tgħid se ndum nistenna?”
“Għalissa ersaq ftit maġenbha u oqgħod iggustaha,” reġgħet omm Jamie. “Fi ftit ġranet oħra tidrak u toqgħod titbissimlek.”
Paġna 8
null
“Daniela huwa isem sabiħ ħafna. Lilek jogħġbok?” staqsieh il-papà.
“Iva, jogħġobni ħafna. Naħseb li se tkun imsemmija għal Daniel li kienu tefgħuh fil-ħofra tal-iljuni u ma ġralu xejn,” kompla ċ-ċkejken biex juri li kien sema’ b’dik l-istorja.
“Eżatt,” qablet miegħu l-mamà.
Paġna 9
null
“Għalissa, meta tersaq lejn Daniela tista’ tmellisha ftit biss għax għadha żgħira ħafna u tweġġa’ malajr jekk tmissha kemm kemm bil-goff,” wissieh il-papà.
“Le, le, jien qatt ma rrid inweġġa’ lil Daniela,” assigurahom Jamie.
Paġna 10
null
“Bravu, Jamie,” qaltlu l-mamà. “Għalissa ma nixtieqx li inti tersaq lejn Daniela meta jien jew il-papà ma nkunux miegħek.”
Jamie baxxa rasu u qal mill-ewwel, “Iva, iva, hekk nagħmel. Immur ħdejn Daniela meta nkun magħkom.”
Paġna 11
null
Jamie ħassu se jtir bil-ferħ. “La mmur l-iskola, papà, ngħid lit-tfal tal-klassi tiegħi li issa għandi oħti u li jisimha Daniela.”
Paġna 12
Tmiem