
Kienet waslet il-festa fir-raħal tan-nani. Kulħadd kien għaddej jipprepara għaċ-ċelebrazzjoni kbira li kellha ssir dak il-lejl. In-nani kienu se jinġabru fid-dar il-kbira fejn kienu jiltaqgħu s-soltu. Fin-nofs tal-kamra kien hemm fejn iqabbdu n-nar, kemm biex isaħħnu l-ikel u kemm biex ikollhom is-sħana billi kienet qiegħda tagħmel wisq kesħa.
It-tfal kellhom eċitament żul minn hemm għax minbarra d-daqq, iż-żfin u l-ikel, f’din il-lejla kienu jaqilgħu xi rigal ukoll. Bomblu kien fis-seba’ sema, għax kien se jkollu ikel kemm irid u ħadd ma kien se joqgħod jgħajru li qiegħed jitħanżer għax dakinhar kulħadd kien jiekol iżjed mis-soltu.







