
Kienet qiegħda toqrob l-Ewwel tas-Sena u fir-raħal tan-nani kien hemm stennija kbira. Kulħadd kien qiegħed jaħseb u jipprepara xi ħaġa biex jagħtiha rigal lil ħbiebu u lil tal-familja.
Rożetta kienet tgħallmet taħdem is-suf bil-labar u din is-sena kienet lestiet ġersi sabiħ lil oħtha Vjoletta u ieħor lil Ferfuxa, it-tifla ta’ Lanġasu l-iskarpan. Lin-nanna Ħarruba kienet ħadmitilha xall sabiħ u jsaħħan.






