(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Pija u Piju Infermieri

Fl-isptar tal-għasafar, bil-fradal u s-sdieri,
kien hemm Pija u Piju, merilli ʼnfermieri.
null
Paġna 1
Jum wieħed mal-għodwa, tabib, minn distanza,
qalilhom li wasal pazjent f’ambulanza.
null
Paġna 2
Kien tar minn ġol-bejta ħa jfarfar ġwinħajh
u waqa’ mis-siġra u kiser saqajh.
null
Paġna 3
Imsejken kemm weġġa’ xħin stabat mal-art!
Psitt! Ajma saqajja! Xi wġigħ! Kif tkaxkart!
null
Paġna 4
U ġiet l-ambulanza, ħaditu l-isptar
u ġew jarawh ommu w missieru mid-dar.
null
Paġna 5
Dritt dritt l-infermiera li ħasset għalih
qaltilhom, ‟Xejn tibżgħu, hawn jien indur bih.ˮ
null
Paġna 6
Hekk Pija biex twennsu, mellsitlu ġwinħajh
u Piju bil-ħlewwa nfaxxalu saqajh.
null
Paġna 7
Imbagħad hija tfietlu d-dawl minnufih.
Għattietu bil-lożor biex jorqod, jistrieħ.
Għannewlu dik l-għanja li tgħallem mid-dar
u raqad sal-għada sew sew f’nofsinhar.
null
Paġna 8
L-għasfur, f’Pija u Piju, sab ħbieb mill-aħjar
għax dawn l-infermieri lkoll twajba maż-żgħar.
Imbagħad wara ġimgħa li damu jdewwuh
it-tobba dehrilhom li d-dar jibagħtuh.
null
Paġna 9
La Pija u la Piju ma bkewh meta mar.
It-tnejn kienu jafu li postu hu d-dar.
null
Paġna 10
Tmiem