F’bosk kbir fil-kontinent tal-Awstralja kienu jgħixu grupp ta’ kangarus. Kif kulħadd jaf, il-kangarù kapaċi jaqbeż qabża kbira ħafna, twila disa’ metri. Kull kangarù jibda jitgħallem jaqbeż hekk kif jibda, xi kultant, joħroġ mill-borża tal-omm. Iżda dan ma nistgħux ngħiduh għal Monto, kangarù kemxejn mistħi. Kien kollu ta’ xejn li kien jipprova jaqbeż għax ma kienx jirnexxilu!








