(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Minn Fejn Jiġi l-Ikel?

null
Il-baqra tagħtina l-ħalib.
Mill-ħalib nagħmlu l-ġobon u l-ġelat.
Paġna 1
null
It-tiġieġa tagħtina l-bajd.
Bil-bajd nagħmlu froġa jew kejk.
Paġna 2
null
Is-siġar jagħtuna l-frott.
Mill-frott nagħmlu l-ġamm.
Paġna 3
null
Mill-qamħ nagħmlu d-dqiq.
Mid-dqiq nagħmlu l-ħobż u l-għaġin.
Paġna 4
null
Miż-żerriegħa tal-kawkaw nagħmlu ċ-ċikkulata.
Paġna 5
null
Il-patata tikber fil-ħamrija.
Mill-patata nagħmlu ċ-ċips u l-krips.
Paġna 6
null
Mill-baħar naqbdu l-lampuki.
Bil-lampuki nagħmlu torta.
Paġna 7
null
Il-fenek jagħtina l-laħam.
Mil-laħam tal-fenek nagħmlu l-istuffat.
Paġna 8
null
Mit-tadam nagħmlu l-kunserva.
Paġna 9
null
Miż-żebbuġ nagħmlu ż-żejt.
Il-Maltin jieklu l-ħobż biż-żejt u l-kunserva.
Paġna 10
Tmiem