(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Mark u Lina
Mark u Lina aħwa. Huma marru fil-ġnien mal-kelb.
Paġna 1
Lina rat fjura safra. Mark ra għasfur ikkulurit.
Paġna 2
L-għasfur tar lejn is-siġar. Il-kelb ġie ħdejn it-tfal.
Paġna 3
Mark waddab ballun fuq il-ħaxix. Il-kelb ġera wara l-ballun.
Paġna 4
Lina marret fejn vaska kbira. Fil-vaska rat ħafna ħut u fekruna.
Paġna 5
Mark u Lina poġġew fuq bank. Huma kielu banana u ħawħa.
Paġna 6
Kemm ħadu gost fil-ġnien! Mark u Lina marru lura d-dar.