(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Mar id-Dawl
Martina u Jeremy huma aħwa. It-tfal jinsabu waqt il-vaganzi tas-sajf.
Paġna 1
Martina ntefgħet tara film wara li għenet lill-mamà taħsel il-platti. Ħuha Jeremy għalef l-għasafar u ntasab jilgħab logħba fuq il-kompjuter.
Paġna 2
“Aqliblu, Martina, għax dalwaqt se jibda l-programm tat-tisjir!” għajtet il-mamà mill-kċina. Lanqas laħqet spiċċat il-kelma li ma nqatax id-dawl.
“Qed taraw, hux, kemm niddependu mill-elettriku!” qalilhom il-papà. “Meta kont żgħira konna nsibu x’nagħmlu!” kompliet il-mamà.
Paġna 5
Il-papà mar iġib il-lampa tal-gass mill-kċina. “Jien għandi din it-torċ ukoll,” qalet it-tifla.
Paġna 6
Il-mamà staqsiet lil Jeremy jekk xtaqx li tirrakkontalu storja. Jeremy mill-ewwel ħatafha fil-kelma.
Paġna 7
Il-papà qal lil Martina biex jilagħbu logħba ċess. Martina qablet miegħu u qaltlu biex jibdew jilagħbu aktar ta’ spiss.
Paġna 8
It-televixin u l-kompjuter iżommuna ’l bogħod minn xulxin. M’hemmx għalfejn jiġu sitwazzjonijiet bħal dawn biex inqattgħu iżjed ħin flimkien mal-familja!