(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Lora u l-Kollezzjoni tal-Bolol

Lora tħobb iġġemma’ l-bolol.
Hija tħobb iġġemma’ l-bolol bħan-nannu Karm.
null
Paġna 1
In-nannu Karm ilu jġemma’ l-bolol snin sħaħ.
Lora m’ilhiex daqshekk iġġemma’ l-bolol.
null
Paġna 2
Il-kollezzjoni tal-bolol tan-nannu Karm hi kbira.
null
Paġna 3
In-nannu Karm wera l-kollezzjoni tal-bolol tiegħu lil Lora.
null
Paġna 4
In-nannu Karm għandu ħafna bolol ikkuluriti.
Il-bolol tan-nannu Karm għandhom forom u daqsijiet differenti.
null
Paġna 5
Lora toħlom li jkollha kollezzjoni ta’ bolol kbira bħal tan-nannu Karm.
null
Paġna 6
Ħafna nies iridu jixtru l-kollezzjoni tal-bolol tan-nannu Karm.
In-nannu Karm ma jridx ibigħ il-kollezzjoni tal-bolol tiegħu.
null
Paġna 7
In-nannu Karm wiegħed lil Lora li xi darba jagħtiha l-kollezzjoni tal-bolol tiegħu.
null
Paġna 8
Tmiem