(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Lapes Supperv

null
Il-vaganzi tas-sajf kienu spiċċaw u l-iskola reġgħet bdiet. Il-mamà ta’ Lara kienet xtratilha basket ġdid u kaxxa ġdida bl-affarijiet tal-kitba – lapes ġdid, gomma ġdida u temprina ġdida.
Paġna 1
null
Issa l-iskola kienet ilha ftit sew li bdiet, imma dawn it-tlieta kienu għadhom ma drawx il-kumpanija ta’ xulxin. Il-lapes kien dejjem jiġġieled mal-gomma għax xi drabi kienet tħassar dak li jikteb hu.
Paġna 2
null
“Imma jien inħassar il-kitba tiegħek meta int tieħu żball,” qaltlu darba minnhom il-gomma, “jew meta tikteb ikrah.” “Meta tagħmel hekk ikolli nerġa’ nikteb mill-ġdid,” qalilha l-lapes b’rabja kbira. “Dan kollu xogħol żejjed għalija! Ara, agħmilli pjaċir u toqgħodx tħassar dak li nikteb jien.”
Paġna 3
null
“Mhux għax irrid naqbeż għall-gomma,” qalet it-temprina, “imma naħseb li sewwa qiegħda tgħidlek. Fuq kollox hi jkollha tagħmel kif tgħidilha Lara.” “Ara, inti tindaħalx għax mhux lilek qed inkellem!” żied jirrabja l-lapes. “U ara x’se ngħidilkom, lili tkellmunix għax jien m’għandix bżonnkom u ma rridx affari magħkom!”
Paġna 4
null
“Aħna bżonn ta’ xulxin,” ippruvat tfiehmu l-gomma. “Inti għandek bżonni biex inħassarlek l-iżbalji li tagħmel, u lit-temprina għandek bżonnha biex tittemprak meta tinkisirlek il-ponta. Aħna wkoll għandna bżonnok, għax kieku m’hawnx int aħna nkunu żejda u jwarrbuna.”
Paġna 5
null
“Le, jien m’għandix bżonnkom. Jien se nibda nikteb pulit u bla żbalji, u ma jkollokx xi tħassarli. Lanqas lilek, temprina, m’għandi bżonn, għax il-ponta tiegħi se nibża’ għaliha u ma tinkisirlix,” baqa’ jinsisti l-lapes supperv.
Paġna 6
null
Il-ġranet komplew għaddejjin u l-lapes supperv ma biddilx il-fehma tiegħu. Anzi, lill-gomma u lit-temprina ried ikeċċihom mill-kaxxa tal-lapsijiet biex iżommha għalih waħdu. “Din tissejjaħ pencil box, kaxxa tal-lapsijiet,” kien spiss jgħidilhom. “Mela jien biss nista’ noqgħod fiha, mhux intom, għax jien biss lapes!”
Paġna 7
null
Lill-gomma kien joqgħod itaqqabha bil-ponta tiegħu u lit-temprina jimbuttaha lejn xifer il-mejda biex taqa’ mal-art. Hekk il-gomma mtliet bit-toqob, u t-temprina waqgħet mal-art u nkisritilha biċċa mix-xifer.
Paġna 8
null
Il-lapes tassew li qagħad attent biex il-ponta ma jkissirhiex, imma Lara kienet tikteb ta’ sikwit u l-ponta nħlietlu. Beda jikteb oħxon u ikrah.
Paġna 9
null
Lara qabdet il-gomma u ħassret dik il-kitba kerha. Imbagħad qabdet it-temprina u ttempratu. Issa kellu ponta pulita u rqiqa u seta’ jikteb pulit u sabiħ.
Paġna 10
null
Issa l-lapes supperv fehem li tassew kellu bżonn lill-oħrajn. Huwa skuża ruħu mal-gomma u mat-temprina għall-mod kif kien ġab ruħu magħhom. Issa beda jittrattahom tajjeb u sar ħabib kbir tagħhom.
Paġna 11
Tmiem