(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
L-Istaġuni u l-Frott
Fil-ħarifa t-temp jibda jiksaħ u ġieli tagħmel ix-xita.
Paġna 1
Fil-ħarifa t-tfal jibdew l-iskola.
Paġna 2
Fil-ħarifa nieklu l-bajtar tax-xewk u r-rummien.
Paġna 3
Il-bajtar tax-xewk popolari ħafna mal-Maltin.
Paġna 4
Fix-xitwa tkun il-kesħa u ġieli jagħmel is-silġ.
Paġna 5
Fix-xitwa mmorru nimxu fil-kampanja.
Paġna 6
L-istaġun tax-xitwa hu żmien il-kiwi u l-larinġ.
Paġna 7
Ħal Lija magħruf għal-larinġ tajjeb.
Il-larinġ tajjeb għas-saħħa.
Paġna 8
Fir-rebbiegħa t-temp jibda jisħon u naraw ħafna fjuri.
Paġna 9
Fir-rebbiegħa nibdew nilbsu ħwejjeġ ħfief.
Paġna 10
Fir-rebbiegħa jkollna l-frawli u n-naspli.
Paġna 11
Il-frawli tal-Imġarr ħelu manna.
Paġna 12
Fis-sajf tkun ħafna sħana.
Paġna 13
Fis-sajf immorru ngħumu.
Paġna 14
Fis-sajf nieklu ħafna frott, bħat-tut, id-dulliegħ u l-ħawħ.