² Idroġenu: hydrogen
³ Elju: helium
³ Elju: helium
Iż-żmien ta’ bejn iż-żewġ gwerer dinjin (1918–1939)
Dan kien żmien ta’ progress enormi fl-avjazzjoni. Ħafna pajjiżi komplew jużaw il-vapuri tal-ajru iżda dawn kienu perikolużi minħabba l-użu tal-idroġenu,² gass li faċli jieħu n-nar. L-Istati Uniti tal-Amerka skopriet gass alternattiv li ma jaqbadx, l-elju,³ iżda ma ridux jesportawh lil pajjiżi oħra.
Fl-1919 il-vapur tal-ajru Ingliż R34 qasam l-Atlantiku darbtejn, u warajh, fl-1926, il-vapur tal-ajru Taljan Norge tar sal-Pol tat-Tramuntana.
Fl-1919 ukoll, l-avjaturi Brittaniċi John Alcock u Arthur Brown qasmu l-Atlantiku b’ajruplan f’inqas minn 72 siegħa. B’hekk dawn rebħu l-premju ta’ £10,000 tad-The Daily Mail li kien ġie mħabbar fl-1913. Barra minn hekk, din kienet l-ewwel titjira trans-Atlantika li ġarret il-posta. Din it-titjira fetħet it-triq għal titjiriet trans-Atlantiċi kummerċjali.









