Naqra storja
Sa mill-bidu, il-bniedem kien dejjem joħlom kif jista’ jtir. Niltaqgħu ma’ diversi leġġendi u stejjer ta’ nies li libsu ġwienaħ jew attrezzaturi oħra u ppruvaw itiru billi jaqbżu minn postijiet għoljin bħal irdumijiet. Ħafna minn dawn it-tentattivi spiċċaw f’inċidenti gravi jew imwiet.
Armen Firman
Fit-852 q.K., Armen Firman qabeż minn fuq torri f’Cordoba fi Spanja wara li kesa ġismu bir-rix tal-avultun u waħħal żewġt iġwienaħ ma’ jdejh. Għalkemm irnexxielu jtir għal ftit distanza, weġġa’ serjament meta niżel mal-art. Huwa ħaseb li niżel b’tisbita u weġġa’ minħabba li ma waħħalx denb bħal ta’ għasfur.
















