(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

L-Iljun Inkwetat

“Dal-lejl irqadtu sewwa?”
mas-sebħ staqsa Noè,
u l-annimali wieġbu
min iva u min le.
null
Paġna 1
L-iljun kellu tgergira
li f’żaqqu ma żammhiex:
“Smajt ħoss u ma stajtx norqod,
xtaqt naf kif u għaliex.
null
Paġna 2
Għaddejt il-lejl nitqalleb,
mistrieħ ma stajtx insib
Għax tupp tupp tupp bdejt nisma’,
lejl sħiħ nisma’ t-taptip.
null
Paġna 3
Il-ħoss kien ġej mis-saqaf,
Żgur mis-sular ta’ fuq;
jekk jerġa’ mhux se noqgħod
kwiet kwiet, b’ħalqi magħluq…!”
null
Paġna 4
U dakinhar xħin dalam
il-ħoss reġa’ mill-ġdid.
“Qed tisma’?” l-iljun għajjat.
“Billejl norqod irrid!”
null
Paġna 5
“Ikkalma,” Noè qallu,
“Ħa nitla’ nara jien
x’inhu dal-ħoss itaptap
fuq rasna bla waqfien.”
null
Paġna 6
U tela’ Noè t-taraġ
biex jara l-ħoss mnejn ġej,
u ma’ kull bieb issemma’
filwaqt li kien għaddej.
null
Paġna 7
U ġewwa kamra minnhom,
sew sew fuq tal-iljun
ra ċ-ċentupied u ’l martu
qed jinżgħu ż-żarbun…!
null
Paġna 8
Tmiem