(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

L-Etna

Qatt smajt bil-Mungibeddu?
Hekk isejħulu l-vulkan Etna l-Isqallin.
null
Paġna 1
L-Etna jinsab Sqallija, qrib il-belt ta’ Katanja.
Huwa l-ogħla vulkan mhux biss fl-Italja iżda wkoll fl-Ewropa tal-Punent.
null
Paġna 2
Dan il-vulkan huwa madwar 3,326 metru għoli.
Tant hu għoli li ġieli jidher ukoll minn Malta.
null
Paġna 3
Peress li huwa vulkan ħaj u jiżbroffa spiss, l-għoli tiegħu jinbidel xi ftit minn żmien għall-ieħor.
Fil-fatt huwa wieħed mill-aktar vulkani attivi fid-dinja, u ilu attiv eluf ta’ snin.
null
Paġna 4
Minkejja l-periklu, il-vulkan huwa importanti ħafna għaz-zona.
L-irmied vulkaniku jagħmel il-ħamrija tajba ħafna għall-agrikoltura. Madwar il-vulkan jikbru ħafna dwieli, żebbuġ u siġar ta’ frott ieħor.
null
Paġna 5
Ħafna turisti jżuru l-vulkan Etna.
It-turisti jmorru biex jaraw il-vulkan fis-sajf, jew għall-iskiing fix-xitwa. Għax fuq l-Etna tagħmel ukoll il-borra!
null
Paġna 6
L-Etna ilu jaffaxxina lin-nies għal żmien twil.
Fl-antik in-nies kienet taħseb li dan il-vulkan kien bħal forġa enormi tal-allat, fejn fiha l-allat kienu jsaħħnu l-metall biex ikunu jistgħu jaħdmuh f’għodod u armi.
null
Paġna 7
Tmiem