(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Kif Tagħmel Tajra

null
Paġna 1
X’għandek bżonn
  • karti tat-tajr
  • imqass
  • kolla
  • żewġ qasbiet
  • tejp tal-karti (masking tape)
null
Paġna 2
Illum se nitgħallmu kif nagħmlu tajra. Bil-Malti t-tajra ngħidulha wkoll manuċċa, ħamiema jew fjamma.
null
Paġna 3
Il-Metodu
  • Itwi l-karta minn kantuniera minnhom u aqta’ ż-żejjed bl-imqass.
null
Paġna 4
Il-Metodu
  • Jonqos issa l-frenża. Aqta’ żewġ biċċiet żgħar tal-karti ndaqs u poġġihom fuq xulxin.
null
Paġna 5
Il-Metodu
  • Aqta’ xi 12-il frill bl-imqass. Qis li ma taqtax sat-tarf.
null
Paġna 6
Il-Metodu
  • Issa jmiss id-denb. Aqta’ biċċa karta dejqa imma twila mhux ħażin.
    Aqta’ l-biċċa karta li fadal strixxi strixxi. Waħħalhom ma’ xulxin bi ftit kolla.
null
Paġna 7
Il-Metodu
  • Waħħal il-frenżiet u d-denb bil-kolla mat-tajra.
null
Paġna 8
Il-Metodu
  • Waħħal qasba rqiqa f’nofs it-tajra bit-tejp bħall-istampa.
null
Paġna 9
Il-Metodu
  • Waħħal qasba oħra għat-tond bit-tejp.
null
Paġna 10
Il-Metodu
  • Taqqab 4 toqbiet fit-tejp bħall-istampa u aqleb it-tajra rasha ’l isfel.
null
Paġna 11
Il-Metodu
  • Orbot spaga miż-żewġ toqbiet ta’ fuq għaż-żewġ toqbiet t’isfel. Ħalliha ftit laxka.
null
Paġna 12
Il-Metodu
  • Orbot spaga twila mal-ispaga tat-tajra.
null
Paġna 13
Il-Metodu
  • Sib ġurnata bir-riħ u oħroġ tajjar it-tajra!
null
Paġna 14
Ħafna tfal jieħdu gost itajru t-tajra fir-riħ.
null
Paġna 15
Tmiem