(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Kelma lil Ommi
Hekk kif ix-xemx tqajjimni bir-raġġi tagħha sħan narak qed titbissimli u nqum tassew ferħan.
Paġna 1
Int tgħinni, għażiż’ommi ninħasel, nilbes sew, int tieħu ħsiebi f’kollox għaliex tħobbni tassew.
Paġna 2
Int għal kull bżonn taħsibli; il-logħob, l-ikel, l-ilbies, int tgħinni wkoll fl-istudju, toħodni għall-quddies.
Paġna 3
Jien naf li tħobbni ħafna u bravu tridni nkun, ’mma jien kultant, jaħasra, inkun xi ftit brikkun.
Paġna 4
Jekk nimrad jew inweġġa’ maġenbi nsibek qrib, tfarraġni, tikkurani, taħsibli għat-tabib.
Paġna 5
Jekk beraq, ragħad, sajjetti, jekk dlam — ma jimpurtax għax int tħaddanni miegħek u allura ma nibżax.
Paġna 6
F’kull niket għażiż’ommi int tixxuttali d-dmugħ u l-bewsa ħelwa tiegħek tfarraġni, ittini r-ruħ.
Paġna 7
U jien, għażiża ommi, inħobbok ħafna wkoll, u r-rabta ta’ bejnietna żgur ħadd u xejn ma jħoll.