(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Ix-Xita
Meta tasal il-ħarifa u jibda jiġi l-ksieħ, nistennew li tiġi x-xita, xi kultant flimkien mar-riħ.
Paġna 1
Mela din fis-sħab tistaħba, għaliex magħhom hi ħabiba Jekk tkun barra bla umbrella żgur tissogra xi tixriba.
Paġna 2
Għalkemm xi daqsxejn imqarba, u xxarrabna minnufih, il-pjanti jħobbuha ħafna, għaliex biha jikbru sbieħ.
Paġna 3
Ilbieraħ kienet fis-sema u waqfet fuq id-dar tiegħi, qalet, “Hawn nixtieq li ninżel.” U għaddiet naqra ħin miegħi.
Paġna 4
Hemm quddiemi kelli pjanta, illi kienet ixxuttat, imma x-xita tatha tixrob u din reġgħet irxuxtat!