(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Ivana ż-Żunżana Titla' Fuq il-Bejt
Ivana hija żunżana mqarba.
Paġna 1
Darba waħda Ivana rat raġel f’għalqa u marret ħdejh.
Paġna 2
Ivana bdiet iddur u ddur fuq ras ir-raġel biex tarah sew.
Paġna 3
Ir-raġel beda jipprova jkeċċi liż-żunżana li bdiet iddur fuq rasu.
Paġna 4
Ivana tgħidx kemm daħket bih u baqgħet iddur u ttir fuq rasu.
Paġna 5
Sa fl-aħħar ir-raġel qabad liż-żunżana u poġġieha ġo vażett tal-ħġieġ.
Paġna 6
Ivana ma baqgħetx tidħak, anzi bdiet tibki għax kienet qed tibża’ ħafna.
Paġna 7
Ir-raġel tela’ fuq il-bejt tal-kamra fl-għalqa u poġġa l-vażett fuq iċ-ċint.
Paġna 8
Iż-żunżana xtaqet toħroġ mill-vażett u tmur id-dar fejn sħabha.
Paġna 9
Ivana ma riditx tibqa’ ġol-vażett tal-ħġieġ fuq iċ-ċint tal-bejt.
Paġna 10
Billejl qam ir-riħ. Bir-riħ il-vażett tal-ħġieġ waqa’ fl-art u nkiser.
Paġna 11
Ivana ħarġet tiġri minn ġo fih u taret b’kemm kellha saħħa lejn id-dar.
Paġna 12
Iż-żunżana ddur iddur Fuq il-bejt tal-kaċċatur; Meta tasal taħt il-mina Tagħmel żinn żunn żann.
Iż-żunżana ddur iddur Fuq il-bejt tal-gvernatur; Meta tasal taħt il-mina Tagħmel żinn żunn żann.