
Omm Jerome kienet ta’ sikwit tieħu lil binha għand in-nanna Marta. Min-naħa tiegħu Jerome tgħidx kemm kien jifraħ li seta’ jqatta’ ftit ħin man-nanna tiegħu. In-nanna kienet tkellem lil Jerome bi ħlewwa kbira, iġġiblu xi ħaġa x’jixrob u wara tħallih jedha jilgħab fil-kamra arjuża li kellha kif tidħol id-dar.
Drabi oħra Jerome kien joqgħod ipinġi fuq it-tavolina bil-kuluri li n-nanna kienet tpoġġilu quddiemu. Għax Jerome, għall-għaxar snin li kellu, kien jaf ipinġi daqs wieħed kbir.
Drabi oħra Jerome kien joqgħod ipinġi fuq it-tavolina bil-kuluri li n-nanna kienet tpoġġilu quddiemu. Għax Jerome, għall-għaxar snin li kellu, kien jaf ipinġi daqs wieħed kbir.















