(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

It-Teknoloġija fil-Poeżija

Il-Mowbajl

Li jkolli mowbajl tiegħi
kont ili x-xewqa nuri,
u qlajt wieħed fil-Griżma
mingħand il-ġenituri.
Il-mowbajl sibtu komdu,
tassew ta’ bżonn għalija
għax biex lil ħbiebi nkellem
insibhom bla tbatija.
null
Paġna 1
U jekk se jkellmu lili
jgħarrafni b’melodija;
’mma darba daqq fil-klassi
u għamel frattarija!
Ħaġ’oħra hemm fil-mowbajl
tal-akbar interess:
minflok nitkellem nista’
ninqeda b’sms.
null
Paġna 2
Jekk taqa’ l-batterija
mill-ewwel niċċarġjah
biex jerġa’ jibda jaħdem
u nkun nista’ nużah.
’Mma jekk bla ħtieġa naħli
il-kard fi żmien qasir
tgħidx kemm mill-ġenituri
imbagħad nisma’ tgergir.
null
Paġna 3

Kompjuter

Il-papà xtralna kompjuter,
nużawh jien u ħija Paul,
u tassew li sibnieh komdu
għax bih nagħmlu ħafna xogħol.
Jekk żball nieħu xħin nittajpja
U xi kliem niktbu ħażin
Żgur m’għandix għax nikkonfondi,
nista’ nibdlu dak il-ħin.
null
Paġna 1
Nista’ nċaqlaq jew inbiddel,
nista’ anki stampi nżid,
nista’ wkoll fl-internet nidħol
u minn hemm nieħu li rrid.
Nista’ wkoll nibgħat xi imejl
u tweġiba jkolli fis,
nista’ anki xi logħob nilgħab,
nista’ nara d-DVDs.
null
Paġna 2
Nista’ x-xogħol li fuqu jkolli
fuq il-karti nipprintjah
u jekk wara nkun se nkompli
għal ħin ieħor nissejvjah.
Imma nagħmel kopja backup
għax jiġrili kif kien ġrali
meta tlift kulma fih kelli
għax fettillu jikkraxxjali.
null
Paġna 3
Tmiem