Leħju kien barbier prim imma kien ukoll il-buffu tar-raħal tan-nani. Kien bniedem ferrieħi, moħħu biex idaħħak. Kien ukoll magħruf għaċ-ċajt goff u miskin int jekk tiġi taħt idejh! Fuq daqshekk kienu jibżgħu ftit minnu għax kien iħobb iwaqqa’ n-nies għaċ-ċajt.
Ġieli xi nanu ħa għalih bl-ikrah wara xi ċajta goffa minn tiegħu u għalkemm hu kien jagħmel iċ-ċajt bil-ħsieb li jdaħħak u mhux li joffendi lil dak li jkun. Kultant, tant kienu jieħdu għalihom li ġieli ma kellmuhx għal żmien twil!








