Xogħol Frawlina kien li tieħu ħsieb it-tiġieġ, lil dak iż-żatat ta’ serduk, li kien jibda jidden u jqajjem lil kulħadd ma’ sbieħ il-jum, u lill-ħbieb tagħha l-fniek. Kienet tmur tagħlifhom għal xi nofsinhar biex fl-istess ħin tiġbor il-bajd li jkunu biedu.










