(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

In-Nemel

null
Paġna 1

  • ir-reġina
  • l-irġiel
  • il-ħaddiema
  • il-bejta
  • it-tfittxija għall-ikel
  • il-ġisem tan-nemel

F’dan il-ktieb

Skopri


Kun af aktar dwar il-karatteristiċi tan-nemel u l-irwoli differenti tar-reġina, l-irġiel u l-ħaddiema.




  • tiegħu
  • jgħixu
  • ħajjitha
  • għandhom
  • jirriproduċu

  • xogħolhom
  • jistrieħu
  • itiegħem
  • jikkomunika
  • rnexxielhom

Tgħallem ikteb

Paġna 2
null
In-nemel huwa insett soċjali. Jeżistu madwar 20,000 speċi differenti ta’ nemel li jinsabu madwar id-dinja kollha.
Il-biċċa l-kbira tal-ispeċi tan-nemel jgħixu f’kolonji kbar. Dawn jistgħu jilħqu miljuni ta’ membri.
Paġna 3
null
Insibu tliet tipi ta’ nemel: ir-reġina, l-irġiel u l-ħaddiema.
Ir-reġina tqatta’ ħajjitha kollha tbid il-bajd.
Paġna 4
null
L-irġiel joqogħdu mar-reġina biex ikollha l-bajd.
L-irġiel għandhom ħajja qasira.
Paġna 5
null
Il-ħaddiema huma kollha nisa iżda dawn ma jistgħux jirriproduċu. Xogħolhom hu li jibnu l-bejta u jsibu l-ikel għall-kolonja.
In-nemel jiflaħ jerfa’ aktar minn 1,000 darba l-piż ta’ ġismu!
Paġna 6
null
Ħafna nemel jibni l-bejta tiegħu fil-ħamrija biex jgħix fiha.
Paġna 7
null
Speċi oħra ta’ nemel jgħixu fis-siġar jew f’xi zokk niexef.
Paġna 8
null
Il-biċċa l-kbira tan-nemel jibni sistema ta’ kanali fil-bejta tiegħu. Dawn il-passaġġi jwasslu minn kamra għal oħra.
Paġna 9
null
Dawn il-kmamar jintużaw biex in-nemel jerfa’ l-ikel fihom jew biex jistrieħu l-ħaddiema. Fi kmamar oħra jinżammu l-bajd u ż-żgħar tan-nemel.
Paġna 10
null
Il-ġisem tan-nemel hu magħmul minn tliet partijiet – ir-ras, it-toraċi u l-addome. Kull nemla għandha sitt saqajn imqabbdin mat-toraċi.
In-nemel m’għandux pulmun u jieħu n-nifs minn toqob irqaq li għandu ma’ ġismu kollu.
Paġna 11
null
L-antenni tan-nemel huma importanti ħafna. B’dawn in-nemel jisma’, itiegħem u jxomm.
Bl-antenni jmiss lil xulxin u jikkomunika ma’ sħabu.
Paġna 12
null
Meta n-nemel isib l-ikel, iħalli riħa warajh biex sħabu jsegwuha f’linja dritta.
In-nemel jgħin lil xulxin biex iġorr l-ikel lejn il-bejta tiegħu.
Paġna 13
null
In-nemel ilu fid-dinja aktar minn 100 miljun sena.
Ftit huma l-ispeċi ta’ annimali li rnexxielhom isalvaw daqshekk fit-tul.
Paġna 14
null
Paġna 15

Glossarju

insett soċjali
li jgħix ma’ oħrajn bħalu, mhux waħdu
jirriproduċu
ikollhom iż-żgħar
speċi
grupp ta’ ħlejjaq simili
Paġna 16
Tmiem