(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Il-Vulkani

null
Paġna 1

F’dan il-ktieb


  • il-vulkanoloġi
  • l-iżbroff tal-vulkan
  • qxur tettoniċi
  • Beerenberg

  • Etna
  • Eyjafjallajökull
  • Stromboli
  • Mount St Helens

Tgħallem ikteb



  • theżżiża
  • possibbiltà
  • nixxiegħa
  • ċaqliq

  • jitħarrku
  • jitbiegħdu
  • ikkanċellati
  • fruntiera

  • kontinwament
  • magħruf
  • lil hinn
  • jiżbroffa

Skopri

Il-vulkani - kif jiffurmaw, għaliex jiżbruffaw u fatti interessanti dwar xi vulkani li nsibu madwar id-dinja.
Paġna 2

Il-vulkanoloġi

Il-vulkanologu josserva u janalizza t-theżżiż, iċ-ċaqliq u t-tibdil fil-forma tal-vulkan. Dan jindika l-possibbiltà li l-vulkan jista’ jiżbroffa. Meta l-vulkanologu jkollu bżonn jersaq viċin ħafna tal-fetħa tal-vulkan, jibgħat ROV (remotely operated vehicle) jew drone biex jistudja s-sitwazzjoni mill-qrib. Dawn ir-robots jibagħtu informazzjoni u ritratti utli lill-vulkanoloġi.
null
Paġna 3

Il-vulkan

Vulkan huwa fetħa fil-qoxra tad-dinja. Minn din il-fetħa toħroġ il-lava. Din tkun magħmula minn ġebel imdewweb u tlaħħaq it-temperatura ta’ 1,250°C. Il-lava li toħroġ mill-vulkan tkaxkar kulma ssib quddiemha! Meta jiżbroffa vulkan, irmied, dħaħen, fwar u gassijiet velenużi, u biċċiet ta’ blat vulkaniku joħorġu b’saħħa kbira u jiffurmaw sħaba enormi.

Tipi ta' vulkani

Attiv: vulkan li juri sinjali ta' attività vulkanika regolari
Rieqed: vulkan li ma juri l-ebda sinjal ta’ attività vulkanika
Mejjet: vulkan li mhux se jiżbroffa aktar

Il-lava tista’ tiksi sa 240 grawnd tal-futbol f'siegħa.

null
Paġna 4

L-iżbroff tal-vulkan


null
Paġna 5

Iċ-ċaqliq tal-qoxra tad-dinja

Il-qxur tettoniċi li nsibu fuq wiċċ id-dinja huma bħal biċċiet minn jigsaw puzzle kbira. Dawn jiċċaqalqu bil-mod ħafna iżda l-effett taċ-ċaqliq tagħhom huwa qawwi ħafna. It-terremoti u vulkani li jiżbruffaw iseħħu fil-postijiet fejn jiltaqgħu dawn il-qxur. Iċ-ċaqliq tal-qxur tettoniċi jseħħ billi l-blat maħlul fil-mantell tad-dinja, magħruf bħala magma, iġiegħel lil dawn il-qxur jitħarrku bil-mod il-mod – ftit millimetri fis-sena.
null
Paġna 6

Qxur tettoniċi

Il-qxur tettoniċi huma biċċiet kbar mill-qoxra tad-dinja li jimxu bil-mod ħafna f’direzzjonijiet differenti. Fix-xfar ta’ dawn il-qxur tettoniċi jistgħu jseħħu tliet affarijiet – jimxu lil hinn minn xulxin, jimbuttaw lejn xulxin jew iħokku ma’ xulxin.

Xifer konservattiv

Il-qxur iħokku maġenb xulxin u joħolqu terremoti qawwija. Aktar minn 40,000 theżżiża fis-sena jseħħu f’żoni bħal dawn.
null

Xifer kostruttiv

Il-qxur tettoniċi jitbiegħdu minn xulxin. Il-vojt jimtela bil-magma li tifforma qoxra dejqa ta’ art ġdida.
null

Xifer distrutttiv

Meta żewġt iqxur jaħbtu ma’ xulxin, wieħed minnhom jiżżerżaq taħt l-ieħor. Ktajjen ta’ muntanji bħall-Alpi jiffurmaw f’dawn ix-xfar.
null
Paġna 7

Beerenberg, in-Norveġja (attiv)

Beerenberg huwa vulkan miksi bis-silġ u jinsab fin-Norveġja. Grupp ta’ sajjieda Olandiżi kienu raw xi orsijiet polari fuq dan il-vulkan u tawh l-isem ta’ Beerenberg li jfisser bear mountain. Dan il-vulkan huwa għoli madwar 2,300 metru u l-bokka tiegħu wiesgħa kilometru.
null
Paġna 8
null
Paġna 9
null
Paġna 10

Etna, Sqallija (attiv)

L-Etna huwa għoli madwar 3,330 metru u għandu bażi ta’ 140 kilometru. Dan huwa l-akbar vulkan fl-Italja.
L-Etna huwa wieħed mill-aktar vulkani attivi fid-dinja. Jinsab viċin ħafna ta’ Malta, fil-gżira ta’ Sqallija. Meta tkun viżibilità tajba ħafna, dan il-vulkan jidher ukoll minn Malta. Huwa vulkan popolari ħafna mat-turisti billi joffri l-possibbiltà ta’ attivitajiet xitwin bħal skiing u snowboarding.
null
Paġna 11
null
Paġna 12

Eyjafjallajökull, l-Iżlanda (attiv)

Wara mitejn sena rieqed, il-Vulkan Eyjafjallajökull żbroffa f’Marzu tal-2010. Dan se jibqa’ mfakkar għall-ammont kbir ta’ titjiriet li ġew ikkanċellati u n-nies li baqgħu l-art minħabba f’hekk.
null
Paġna 13
Din is-sħaba ta’ rmied infirxet mal-Ewropa kollha, qasmet l-Oċean Atlantiku u waslet sal-Amerika.
null
Paġna 14
null
Paġna 15

Stromboli, Sqallija (attiv)

Il-Vulkan Stromboli jinsab fuq il-gżira li ġġib l-istess isem. Din il-gżira tagħmel parti mill-gżejjer Aeolian, fit-Tramuntana ta’ Sqallija. Dan il-vulkan huwa dejjem attiv u jiżbroffa kontinwament. Stromboli huwa mlaqqam ‘il-Fanal tal-Mediterran’. Hu għoli madwar 930 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Fil-quċċata tiegħu hemm tliet bokok attivi. Minn waħda minnhom hemm nieżla nixxiegħa ta’ ġebel u lava.
null
Paġna 16
null
Paġna 17

Mount St Helens, l-Amerika (attiv)

Dan il-vulkan jinsab f’Washington fl-Amerika ta’ Fuq, viċin il-fruntiera tal-Kanada. Huwa għoli madwar 2,500 metru u hu magħruf l-aktar għal meta żbroffa fl-1980. Dan kien wieħed mill-akbar diżastri fl-istorja tal-Amerika. Fih mietu 57 persuna u nqerdu 250 dar, 47 pont, 15-il mil ta’ linji tal-ferroviji u 185 mil ta’ toroq.
null
Paġna 18

Glossarju

bokka
toqba kbira fuq l-art li tifforma l-ħalq tal-vulkan
fruntiera
ix-xifer jew linja virtwali li tifred żewġ pajjiżi minn xulxin
geyser
nixxiegħa li l-ilma tagħha jkun jaħraq u jsir misħun, filwaqt li jispara ’l fuq mill-art b’saħħa kbira
jitħarrku
jiċċaqalqu bil-mod
theżżiża
terremot żgħir; meta l-qxur tettoniċi jitħarrku b’mod mgħaġġel u l-art tinħass tiċċaqlaq
viżibilità
id-distanza sa fejn tkun tista’ tara, li tkun determinata mill-kundizzjonijiet tat-temp
Paġna 19
Tmiem