Darba waħda kien hemm sultan li kellu tifla waħda. Din kienet tfajla mill-isbaħ u kienet il-mimmi t’għajnejn missierha.
Il-prinċipessa kienet tħobb tmur fil-foresta u toqgħod tilgħab bil-ballun żgħir tad-deheb li kellha. Fil-jiem sħan tas-sajf kienet toqgħod maġenb funtana sabiħa. L-hena tagħha tgħolli l-ballun fil-għoli u terġa’ taqbdu.













