(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Il-Praspar ta' Sika 3: Sika u s-Sandli l-Aħmar

Kien qiegħed joqrob il-Milied. Sika u oħtha kienu jkantaw fil-kor tat-tfal fil-knisja. Is-soru li kienet tieħu ħsiebhom kienet tibda minn kmieni tgħallimhom il-kant li kienu jkantaw f’lejlet il-Milied.
null
Paġna 1
Barra minn hekk, fid-djar tal-madwar, kulħadd kien jibda jaħsiblu għall-ħelu tal-Milied. Sika u oħtha kienu jgħinu lil ommhom biex tagħmel il-kejk tal-Milied u l-qagħaq tal-għasel.
null
Paġna 2
L-aktar li kienu jogħġbu lil Sika kienu l-qagħaq. Kienet tgħin lil ommha tiftaħ l-għaġina u titfa’ l-għasel iswed bis-smid li ommha tkun lestiet minn qabel. Kienet ukoll tħobb tagħlaq l-għaġina bil-mili u tagħmilha forma ta’ qagħaq. Tgħidx kemm kienet tieħu pjaċir meta jsiru, għax kienet tgħid lil kulħadd li nofshom għamlithom hi! Oħtha kien jogħġobha iżjed il-kejk u kienet tieħu pjaċir tgħin lil ommha tagħmlu.
null
Paġna 3
Ħaġa oħra għal qalb Sika kien il-presepju. Kellhom daħla ġol-ħajt fil-kuritur u kienu jagħmluh hemm. Dan ix-xogħol kien f’idejn missierha.
null
Paġna 4
Il-papà kien jibni l-għerien bil-ġebel u jferrex il-ħamrija u trab abjad taparsi toroq. Wara, Sika kienet toqgħod bil-paċenzja kollha taqsam l-għelieqi b’ġebel żgħir u tpoġġi l-pasturi f’posthom.
null
Paġna 5
It-tfal kienu jistennew bil-ħerqa lejlet il-Milied. Ommijiethom kienu jwissuhom li jekk ma jġibux ruħhom tajjeb matul is-sena, minflok rigal kienu jsibu faħma sewda taħt l-imħadda. Sika kienet tkun ftit beżgħana għax il-praspar u l-kuntrarju kienu jiġru warajha! Din is-sena xtaqet sandli għax dawk li kellha ma kinux għadhom jiġuha.
null
Paġna 6
Wasal lejlet il-Milied. Il-ħelu kien lest, il-presepju kien jgħaxxqek u l-kant tal-quddiesa kienu jafuh bl-amment. It-tfal daħlu jorqdu bit-tama li kif iqumu jsibu rigal sabiħ taħt l-imħadda.
null
Paġna 7
“Qumu, għax sar il-ħin!” qaltilhom ommhom. Oħt Sika qamet mill-ewwel. “Isa, qum, u qajjem lil Sika għax ma nistax inqajjimha!”
Oħtha qamet tiġri, għax ftakret fir-rigal tal-Milied. Bdiet tfittex taħt l-imħadda u sabet ktieb sabiħ li tant kienet ilha tixtieq! Marret tiġri ħdejn oħtha u bdiet iċċaqlaqha kemm tiflaħ.
null
Paġna 8
“Sika, Sika, ara x’kelli taħt l-imħadda! Qum ħalli tara inti x’se ssib!” Sika qamet tiġri ħalli tara x’kellha taħt l-imħadda. Refgħet l-imħadda. Imma ma kien hemm xejn!
null
Paġna 9
Sika kienet se tinfaqa’ tibki, imma mbagħad moħħha beda jaħdem. Hija ħasbet li jekk ir-rigal kien sandli, mhux se ssibu taħt l-imħadda! Niżlet tiġri għarkupptejha, b’oħtha tħares iċċassata lejha, u ttawlet taħt is-sodda.
null
Paġna 10
Għall-ewwel, bil-fixla li kellha fuqha, ma bdiet tara xejn, imma mbagħad rat li kien hemm xi ħaġa! Daħlet idejha u ġibdet ġmiel ta’ sandli aħmar qisu tal-prinċipessi!
“Ara x’għandi! Ara x’sandli sabiħ għandi!”
null
Paġna 11
Ommha ħarset lejha tifraħ bis-sandli l-ġdid, imbagħad wara ftit qaltilhom, “Issa lestu għax sar il-ħin! Jien sejra. Iddumux ma tiġu!”
Sika u oħtha bdew jilbsu ħalli jmorru. Sika minflok libset il-kalzetti u ż-żarbun, libset is-sandli l-aħmar.
null
Paġna 12
Oħtha kif ratha bis-sandli qaltilha, “Hemm għalfejn ilbistu? Inżgħu minn hemm u ilbes iż-żarbun!”
Imma Sika ma riditx taqla’ dak il-ġmiel ta’ sandli minn saqajha. Marret il-knisja, fl-eqqel tax-xitwa, bis-sandli l-aħmar tas-sajf, li kienet qalgħet f’dak il-Milied.
null
Paġna 13
Tmiem