(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Il-Muntanja Everest
Il-Ħimalaja huma medda ta’ muntanji għoljin ħafna fl-Asja.
Paġna 1
L-ogħla muntanja fosthom hija l-Everest.
Paġna 2
Grupp ta' xabbaturi telgħin biex jilħqu l-quċċata tal-muntanja.
Paġna 3
L-Everest hija għolja 8,848 metru!
Paġna 4
Ritratt tal-quċċata tal-Muntanja Everest.
Paġna 5
Il-quċċata tal-Muntanja Everest tinsab bejn in-Nepal u t-Tibet.
Paġna 6
Tant hi għolja li ħafna jkollhom jużaw ċilindri tal-ossiġnu biex jieħdu n-nifs.
Paġna 7
Turist bil-maskla tal-ossiġnu, li qed tgħinu jieħu n-nifs.
Paġna 8
Edmund Hillary minn New Zealand flimkien max-Xerpa Tenzing Norgay min-Nepal kienu l-ewwel tnejn li telgħu sal-quċċata tal-muntanja. Huma telgħu fid-29 ta’ Mejju 1953.
Paġna 9
Xerpa huwa bħal gwida tal-lokal li jgħin lix-xabbaturi jitilgħu mal-muntanja.