(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Il-Libsa tan-Nanna
In-nanna marret fuq il-monti u xtrat biċċa drapp kbira. Id-drapp kien fih ħafna kuluri sbieħ u n-nanna xtaqet tagħmel libsa.
Paġna 1
In-nanna marret għand il-ħajjata biex tħitilha libsa mid-drapp li xtrat. Il-ħajjata rat li l-pezza drapp tan-nanna kienet kbira ħafna.
Paġna 2
In-nanna qalet li la l-pezza kienet kbira ħafna setgħet tħit żewġ ilbiesi. Il-ħajjata qalet li mill-pezza setgħet toħroġ aktar ilbiesi. In-nanna ferħet ħafna li kien se jkollha ħafna lbiesi bil-kuluri sbieħ.
Paġna 3
Hija marret id-dar u qalet lill-mamà u liz-zija. Qaltilhom li l-ħajjata kienet se tħitilhom libsa.
Paġna 4
Il-mamà ferħet ħafna li kien se jkollha libsa ġdida bil-kuluri sbieħ. U z-zija ħadet gost ukoll bil-libsa li kienet se tħitilha l-ħajjata.
Paġna 5
Wara ftit jiem, in-nanna marret lura għand il-ħajjata biex iġġib l-ilbiesi. Il-ħajjata qalet lin-nanna li mid-drapp kienet ħititilha ħames ilbiesi bil-kuluri sbieħ. Kemm ferħet in-nanna! Issa setgħet tagħti libsa lill-ħabiba u lill-kuġina wkoll.
Paġna 6
Il-ħajjata ġabet il-ħames ilbiesi bil-kuluri sbieħ u wriethom lin-nanna. X’qatgħa ħadet in-nanna.
Paġna 7
Il-ħames ilbiesi bil-kuluri sbieħ kienu kollha żgħar. In-nanna nsiet tgħid lill-ħajjata li l-libsa riditha għaliha u mhux għall-pupi.
Paġna 8
In-nanna, il-mamà, iz-zija, il-ħabiba u l-kuġina baqgħu bla libsa ġdida. Imma l-pupi tan-neputija kellhom libsa ġdida kull waħda bil-kuluri sbieħ!