(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).

Il-Klieb il-Baħar

Fil-baħar Mediterran insibu diversi speċi ta’ klieb il-baħar. Xi wħud minnhom saħansitra jiġu jżuru l-gżejjer Maltin.

Żewġ klieb il-baħar iduru fil-baħar.

null
Paġna 1

Il-kurazz komuni

Il-kurazz komuni (Smooth Hammerhead) għandu rasu qisha martell. Dan il-kelb il-baħar jinsab mifrux sew madwar id-dinja. Huwa jħobb jemigra ’l fuq fis-sajf.
Il-kurazz komuni kapaċi jara 360 grad billi għajnejh jinsabu fil-ġnub ta' rasu, iżda diffiċli jara x'hemm quddiem imnieħru.

Il-kurazz komuni (Smooth Hammerhead).

null
Paġna 2

Gamblu.

null
Il-kurazz komuni jikber sa 5 metri tul u jgħix sa 21 sena. Huwa jiekol ħut ieħor, gambli, granċijiet, koċċli u tipi ta' qarnit u siċċ.

Koċċli.

null
Paġna 3

Qarnita.

null

Granċ.

null
Paġna 4

Il-ħuta l-kaħla

Il-ħuta l-kaħla (Blue Shark) tinsab fl-ibħra kważi kollha madwar id-dinja. Din tiekol klieb il-baħar żgħar oħra, siċċ, granċijiet, xi għasafar li jkunu mal-baħar u anki żibel!

Il-ħuta l-kaħla (Blue Shark).

null
Paġna 5
Il-ħuta l-kaħla tikber sa 4 metri tul u tgħix sa 20 sena. Dan il-kelb il-baħar għandu dahru blu skur, il-ġnub blu ċar u żaqqu bajda. L-akbar predaturi tal-ħuta l-kaħla huma l-bnedmin. Bejn 15 u 20 miljun ħuta kaħla jinqatlu mill-bniedem kull sena. Dawn jinqabdu minħabba l-ġilda, iż-żejt tal-ħuta, snienhom u l-pinen tagħhom.

Il-ħuta l-kaħla.

null
Paġna 6

Il-mazzola

Il-mazzola (Smoothhound) tinsab l-aktar fil-Mediterran u fl-Atlantiku tal-Lvant, mir-Renju Unit sal-Afrika t’Isfel. Din il-ħuta tikber sa 2 metri tul u tgħix sa 24 sena.

Il-mazzola.

null
Paġna 7
Il-mazzola mhijiex perikoluża għall-bniedem. Hija tiekol il-gambli, granċijiet, qarnit, siċċ u xi ħut ieħor ukoll. Din il-ħuta tinbiegħ fis-suq għall-ikel.

Ftit mazzoli friski lesti biex jinbiegħu.

null
Paġna 8

Il-gattarell

Il-gattarell (Nursehound) tar-rukkal jikber sa 170 ċentimetru tul u jgħix sa 19-il sena. Dan il-kelb il-baħar jinsab l-aktar madwar in-Nofsinhar tal-Iskandinavja u fil-Lvant tal-Atlantiku sal-Marokk. Jinsab ukoll fil-Mediterran, u għalhekk madwar Malta wkoll. Il-gattarell tar-rukkal mhuwiex perikoluż għall-bniedem, anzi ġieli jittiekel mill-bniedem.
Kont taf li l-gattarell ibid il-bajd tiegħu qalb l-alka sabiex il-ħjut innukklat mal-bajd tiegħu jkun jista' jaqbad mal-alka u b'hekk il-bajd ma jitlax fil-wiċċ?

Il-gattarell. Ritratt meħud minn Mario Antonio Pena Zapatería.

null
Paġna 9

Il-kelb l-abjad

Il-kelb l-abjad (Great White Shark) jikber sa 640 ċentimetru u jgħix sa 36 sena. Huwa jiekol ħut, klieb il-baħar oħra, foki, ħamiem il-baħar, dniefel, għasafar tal-baħar, siċċ, qarnit u granċijiet.

Il-kelb l-abjad.

null
Paġna 10
Il-kelb l-abjad huwa perikoluż għall-bniedem. Dan jinsab kważi fl-ibħra kollha, inkluż il-Mediterran. Il-kelb l-abjad għandu sens ta' xamm qawwi ħafna. Dan kapaċi jxomm qatra demm f'100 litru ilma!

Il-kelb l-abjad jgħum fil-baħar.

null
Paġna 11

Il-pixxitondu

Il-pixxitondu (Shortfin Mako Shark) jikber sa 445 ċentimetru u jgħix sa 32 sena. Huwa jinsab kważi fl-ibħra kollha. Huwa wieħed mill-aktar klieb il-baħar li jiġri!

Il-pixxitondu.

null
Paġna 12
Il-pixxitondu jiekol klieb il-baħar oħra, qarnit, siċċ, pixxispad u anki xi dniefel jew baleni żgħar. Dan il-kelb il-baħar huwa perikoluż ħafna għan-nies u spiss jattakka għawwiema u anki dgħajjes.

Dehra oħra tal-pixxitondu mill-viċin.

null
Paġna 13

L-ixkatlu

L-ixkatlu (Angelshark or monkfish) jikber sa 183 ċentimetru. L-ixkatlu jħobb jonsob il-priża tiegħu billi jinħeba bis-saħħa tal-kamuflax. Jiekol l-aktar ħut tal-qiegħ, għalkemm ġieli jiekol ukoll xi qarnita, siċċa jew tipi differenti ta’ gambli.

L-ixkatlu.

null
Paġna 14
Dari l-ġilda tal-ixkatlu kienet tintuża biex jiġi xkatlat l-injam, minflok is-sandpaper li tintuża llum. Fil-fatt għalhekk ngħidu “tixkatla”!

Persuna qed tixkatla bis-sandpaper.

null
Paġna 15
Tmiem