(Il-kontenut tal-Kotba Diġitali żviluppat għall-Qari Għal Qalbi/Malti llivellat, li qiegħed miżmum fuq din il-pjattaforma u l-kodiċi HTML5 tiegħu, għandu jibqa’ l-proprjetà intellettwali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u għalhekk ma jistax isir użu kummerċjali u/jew profitt minnu).
Il-Forom waqt il-Festin
Dan huwa festin u hemm ħafna ikel fuq il-mejda.
Wiċċ il-mejda għandu forma rettangolari.
Ir-rettangolu jkollu erba' naħat.
Paġna 1
Fis-sala tal-festin hemm tieqa kwadra biex jidħol id-dawl.
Din għandha erba' naħat indaqs.
Paġna 2
Fuq il-mejda hemm ħafna platti bl-ikel.
Il-platti għandhom forma ta’ ċirku tond.
Paġna 3
Għall-festin it-tfal nefħu ħafna bżieżaq.
Il-bżieżaq għandhom forma ovali.
Paġna 4
Fuq il-mejda hemm l-imqaret.
Il-Maltin iħobbuhom ħafna l-imqaret.
L-imqaret għandhom forma ta’ djamant b’erba' naħat imxengla.
Paġna 5
Fuq il-mejda hemm ukoll platt bil-ħobż.
Il-ħobż għandu forma ta’ triangolu.
It-triangolu jkollu tliet naħat.
Paġna 6
Fuq il-mejda hemm ukoll il-pizza. Kemm hi tajba l-pizza!
Dan is-slajs pizza għandu forma triangolari.